Lokali

Ebda azzjoni fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar

Jum ieħor… ġimgħa ġdida u l-Prim Ministru għadu ma ħa l-ebda azzjoni kontra d-Deputat Laurista Rosianne Cutajar li bħalissa għaddejja minn erba’ investigazzjonijiet.

Net News it-Tnejn filgħodu staqsa lill-Ministri ta’ Robert Abela dwar jekk hux komdi jaħdmu ma’ Rosianne Cutajar u għalfejn qed jibqgħu jiddefenduha… b’diversi Ministri jagħżlu li ma’ jwiġbux għad-domandi li għamilnilhom.

Għal darb’oħra, il-Ministru Aaron Farrugia reġa’ ħareġ għonqu għall-Rosianne Cutajar u mill-ġdid ikkonferma li għalih li kien biżżejjed li Rosianne Cutajar tirriżenja minn Segretarju Parlamentari

Staqsejna wkoll lill-Ministru Clyde Caruana u l-Ministru Michael Falzon dwar x’jaħsbu mill-fatt li l-Gvern Laburista reġa’ qed jrrepeti l-istess żbalji li għamel fis-Sajf tas-sena l-oħra fejn tidħol il-pandemija tal-Covid-19. Konfrontati bil-mistosijiet ta’ Net Net dwar jekk il-Gvern hux se jitolob apoloġija għal dawn l-iżbalji… huma ħarbu mill-jwieġbu.

Bi Clint Camilleti jinfexx f’attakk partiġġjan u jikkonferma kemm għall-Partit Laburista l-importanti li jirbaħ l-elezzjoni u jkun fil-poter u mhux is-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi.