11-il persuna fl-Indja tilfu ħajjithom wara li ntlaqtu minn sajjetta waqt li kienu qed jieħdu r-ritratti minn fuq torri ta’ forti fil-belt ta’ Jaipur.
F’dak il-mument kien hemm 27 persuna f’dan it-torri b’rapporti qed jgħidu li uħud minnhom ix-xokk tas-sajjetta sabathom mal-art.
Sa issa mhux magħrufa l-etajiet tal-vittmi, iżda l-istess rapporti qalu li kien hemm numru ta’ tfal li mietu kaġun ta’ dan l-inċident.
Statistika lokali turi li fl-Indja jmutu mal-2,000 persuna fis-sena kaġun tas-sajjetti.
Bħalissa huwa l-istaġun tal-monsun fl-Indja, bix-xita tkun kontinwa minn Ġunju sa Settembru. Xjentisti qed jgħidu li dawn l-inċidenti żdiedu minħabba li kull ma jmur qed ikun hemm bidla fil-klima.
//= $special ?>