Lokali Parlament

Il-Gvern qed joħloq inċertezza f’diversi setturi

Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo sostna fl-Aġġornament tal-parlament li l-Gvern qed juża kejl differenti dwar x’isir fil-pajjiż fejn diversi għaqiet, inkluż tal-baned u sidien tan-negozju qed jgħixu inċertezza.

Hu sostna li hawn tliet realtajiet; in-numru ta’ persuni jiżdiedu li qed jieħdu l-COVID, issaħħa tal-konsumatur li qed tonqos u ż-żieda fl-ispejjeż tan-negozju minħabba t-trasport. Hu appella lill-Gvern biex jerfa’ r-responsabbiltà.

Dwar ir-Regatta tat-8 ta’ Settembru u appella biex din issir bla ma jkun hemm nies jarawha. Jeħtieġ li dawn it-tradizzjonijiet ma jispiċċawx, appella Edwin Vassallo.

Hu semma’ l-Kamra tan-Nar ta’ Birkirkara u ta’ Ħal Farruġ u qal li dawn jinsabu f’dififkultajiet biex joperaw minħabba l-bini. Ħdejn il-kmamar tan-nar m’għandux isir bini. Il-pulizija issa qed jitolbu €175 għal kull ħarqa nar għal tliet pulizija.

Edwin Vassallo tkellem dwar il-pitkalija u qal li hi rovina u tinsab fi stat diffiċli ħafna. Minkejja li hemm bżonn ta’ riforma issa jeħtieġ li ssir riforma tar-riofma mressqa mill-Ministru Anton Refalo. Hu appella biex it-tariffa tal-bdiewa ma tiżdiedx bi 2% għal 10%.