Jason Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi appella lill-Kummissarju tal-Pulizija Gafa biex issa li ilu fil-kariga perjodu biżżejjed jibda jieħu passi dwar il-korruzzjoni.
Fl-Aġġornament tal-parlament hu qal li llum tfakkar Jum il-Pulizija u sostna li issa l-poplu qed jistenna riżultati mill-Kummissarju tal-Pulizija li issa m’għadux taħt probation. Kien hemm tama li dan se jbiddel ir-rotta fis-sustanza iżda l-Kummissarju għadu ma ħax passi biex individwi viċin il-PL jitressqu l-qorti dwar korruzzjoni u abbuż ta’ fondi pubbliċi.
Keith Schembri u Brian Tonna tressqu l-qorti minħabba l-inkjesti li kien talab Simon Busuttil; il-poplu għadu qed jistenna li jitressaq il-qorti Chris Cardona Konrad Mizzi, Edward Scicluna, Carmelo Abela, Silvio Valletta, Keith Schembri, Heathcliff Farrugia, l-ex Prim Ministru Joseph Muscat u Diane Izzo.
Hu sostna li għadu ma ressaq ħadd b’korruzzjoni fuq il-każi tal-isptarijiet,, tal-Montenergo u tal-Panama Papers. Għadu lanqas terssaq ħadd fuq il-korruzzjoni tal-Bank Pilatus. Hu semma’ l-każ tal-Montenegro u staqsa xi skop kien hemm li l-ex Prim Ministru Joseph Muscat ħa lil Diane Izzo miegħu fil-Montenegro.
Id-deputat Nazzjonalista appella lill-Kummissarju biex jieqaf lil min qed jindaħallu minn Kastilja u sostna li hu immorali li jingħataw ċertu promozzjonijiet inġusti fil-Korp tal-Pulizija.
Jason Azzopardi qal li l-Gvern mhux iwieġeb jekk hux se jsir monument għall-ex President ta’ Hibernians FC Tony Bezzina. Hu sostna li l-Pawlisti jixtiequ li Tony Bezzina jkollu mafkar għall-fatt fatt li Bezzina kien bniedem li jgħaqqad lill-Pawlisti.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ wkoll il-miljuni ta’ ewros li imprendituri Maltin għandhom jieħdu mil-Libja. Sal-20013 Gvern Nazzjonalista kien jinforma lill-imprendituri, sostna Jason Azzopardi, li appella biex mill-flus miżmuma f’Malta tal-Gvern Libjan l-ewwel jitħallsu l-imprendituri Maltin. Hu appella biex il-Gvern jibgħat għal dawn l-imprendituri u jkellimhom.
//= $special ?>