Lokali Parlament

Il-problema tal-lista l-griża tal-FATF hi li l-Gvern m’għandux ir-rieda li jimplimenta r-rapporti tal-FIAU

Mario de Marco, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li l-problema quddiem il-grey listing ta’ Malta mill-FATF hi li l-Gvern m’għandux ir-rieda li jimplimenta r-rapporti tal-FIAU.

Fil-parlament Mario de Marco qal li l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-ħasil tal-flus għandha tkun ġlieda li tgħaqqad lill-pajjiżi kollha tal-UE; illum il-ġurnata din il-ġlieda hi waħda globalizzata.

Hu tratta din il-problema f’kuntest lokali u qal li Malta għandu jkollha l-aqwa liġijiet kontra r-reati ta’ ħasil ta’ flus. Il-PN għandu fiduċja fl-FIAU, li qed jagħmel dak kollu li jista’ fil-ġlieda kontra l-ħasil ta’ flus.

Jeħtieġ li l-awtonimija u l-indipendenza tal-FIAU għandhom ikunu rispettati, sostna Mario de Maco, li kompla li din iddum awtonoma skont kemm il-Gevrn iħalliha awtomoma. Jeħtieġ li l-pajjiż ikollu korp tal-Pulizija li li fil-fatt jaġixxi wara l-ħidma tal-FIAU għaliex inkella dan ix-xogħol jitwaqqaf.

Fl-aħħar snin kien hemm wisq każi fejn l-FIAU għamelt xogħlha korretta u b’riskji għall-ħaddiema iżda l-Korp tal-Pulizija m’għamilx xogħolu.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-FATF u l-grey listing ta’ Malta u sostna li din id-deċiżjoni kienet ta’ għajb għall-pajjiż. L-analiżi teknika turi li l-compliance tekniku hi tajjeb boi sfrozi kbar ta’ kulħadd.

Minkejja li Malta għaddiet dan ti-test u t-test tal-Moneyval, Malta weħlet fil-binarju dwar l-implimentazzjoni effettiva, li tiddependi mir-rieda tal-Gvern. Kien hawn wisq stejjeb fejn l-FIAU tagħmel xogħlha iżda dan ma jfisser xejn minħabba li l-Gvern ma kellu ir-rieda u l-ħeġġa politika li jimplimenta dawn ir-rapporti. Dan wasal biex id-Direttur tal-FIAU u Kummissarji tal-Pulizija jirriżenjaw. Dan ħalla impatt fuq il-pajjiż u fuq l-aġenziji barranin.

Ta’ dan kollu se jħallas il-poplu, l-operatur u dawk involuti, sostna Mario de Marco, li sostnta li pajjiżna jistħqqlu ħafna aħjar. Huq al li l-PN hu lest li jagħmel sehmu biex ikun hemm soluzzjoni nazzjonali quddiem din il-problema biex tingħeleb kemm jista’ jkun malajr. Il-Gvern għandu ma laqax l-appell tal-PN biex jgħin fis-soluzzjoni ta’ din il-problema.