“Xogħol il-poplu Malti hu u li jkun magħkom u jgħinkom”. Dan kien il-qofol tal-messġġ li wassal l-Arċisqof Charles Scicluna, waqt quddies li kienet iċċelebrata fil-jum iddedikat lill-pulizija.
L-Arċisqof tkellem dwar l-importanza li kull min iservi jew jinforza l-liġi, m’għandux, fil-proċess jitlef l-umanita tiegħu.
Charles Scicluna kompla jgħid li l-pulizija huma l-ewwel tarka għal liġi ta’ pajjiżna, u jħossu ferm iddispjeċut meta jisma li l-pulizija mhumiex qiegħdin jiġu trattati sew mill-publiku fejn ta’ sikeiry jisfaw fil-mira ta’ attakki fil-proċess li jinfurzaw il-liġi.
L-Arċisqof stqarr li filwaqt li x-xogħol tal-pulizija huwa wieħed perikoluż, huwa ferm importanti li l-pulizija “mingħajr ma jħarsu lejn l-uċuħ, jiżguraw is-saltna tad-dritt ta’ pajjiżna”
Għal din iċ-ċerimonja kien hemm preżenti fost l-ohrajn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech akkumpanjat mill-mara AnnMarie kif ukoll il-President ta’ Malta George Vella u l-Kummissarju tal-Pulizija.
//= $special ?>