Futbol Sport

Impenji internazzjonali għar-referees Maltin

Ir-referee tal-FIFA Matthew Degabriele se jikkontrolla il-partita mill-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League bejn Linfield FC tal-Irland ta’ Fuq u FK Žalgiris Vilnius tal-Litwanja. Il-partita se tintlagħab nhar it-Tlieta f’Windsor Park fis-7.45pm.

Degabriele se jkun assistit minn Jurgen Spiteri u Mitchell Scerri, u r-raba’ uffiċjali se jkun Malcolm Spiteri. Sadanittant Pierre Bonnici se jikkontrolla xi partiti fil-Beach Soccer Worldwide Euro Winners Cup 2021, fil-Portugall.