It-tliet plejers Ingliżi li fallew il-penalty fil-finali ta’ lbieraħ, Marcus Rashford, Jadon Sancho u Bukayo Saka kienu vittmi ta’ kummenti razzjali fuq il-media soċjali wara l-partita.
Sadanittant l-FA Ingliża ikkundanat dawn l-kummenti razzjali fil-konfront tal-plejers Ingliżi, b’bosta oħrajn jingħaqdu magħhom u jikkundannaw dawn l-attakki fuq il-plejers żgħażagħ Ingliżi.
Kemm it-tim nazzjonali Ingliż kif ukoll it-tim ta’ Arsenal, li magħhom jilgħab Bukayo Saka, ħarġu stqarrijiet fejn ikkundannaw r-razzismu filwaqt li offrew l-appoġġ tagħhom lill-plejers involuti.
//= $special ?>