Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius
Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius appella biex l-investiment isir f’assistenza personali lill-persuni b’diżabbiltà u mhux fi proġetti li jmorru kontra l-kunċett tal-inklużjoni tal-persuni b’diżabbiltà fis-soċjetà.
Fil-parlament David Agius qal li l-Gvern irid jisma’ l-pożizzjoni u l-appelli tal-ġenituri tat-tfal b’diżabbiltà u biex il-Gvern jagħti l-kunsiderazzjoni massima. Hu sostna li l-Gvern qed isib il-fondi neċessarji għal diversi kategoriji iżda mhux għat-tfal b’diżabbiltà intellettwali.
David Agius qal li għandu jitneħħa l-għamad politiku u ssir koordinata flimkien; għalhekk il-Gvern għandu jikkonsulta. Hu qal li l-Gvern għandu jispeċifika x’se jagħmel bi €32 miljun biex isir ċentru ta’ diżabbiltà li jmur kontra l-Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.
Il-PN qed jipproponi li dawn il-fondi jintużaw biex ikun hemm integrazzjoni fis-soċjetà u jkun offrut servizz ta’ assistenza perosnali. Hu semma’ l-Iskola San Miguel u qal li l-Gvern qed jipproponi skola f’nofs żona industrijali ta’ Bulebel. Dan mhux dak li jridu dawn il-persuni, sostna David Aquis li appella biex ikun hawn lista waħda għall-persuni b’diżabbiltà.
Jeħtieġ li jkun imtejjeb iċ-Ċentru għal Matul il-Jum fl-Imtarfa b’investiment ta’ €7 miljuni iżda l-kunċett m’għandux ikun li dawn il-persuni jitħallew f’daqqa. Il-Gvern għandu jikkunsidra x’tip ta’ ċentri għandu bżonn fejn il-prijorità għandha tkun assistenza personali fil-komunità. Hu appella biex għall-Ispecial Olympics li se jsiru f’Malta jkun hemm il-faċilitajiet neċessarji biex din tkun suċċess.
Il-Gvern qed jinvesti €10 miljuni għall-persuni li jbatu mis-cystic fibrosis iżda għandu jsir investiment ukoll għall-persuni li jkunu qed jitilfu d-dawl u li għalihom hemm soluzzjoni. Hu tkellem dwar diversi kundizzjonijiet oħra li l-Gvern m’għandux informazzjoni u studji dwarhom inkluż nuqqas ta’ statistika.
David Agius tkellem ukoll il-klassijiet speċjalizzati fl-iskejjel li m’humiex qed jintużaw għall-iskopijiet tagħhom.
Hu kkritika l-fatt li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbiltà hi taħt ministeru meta din għandha tkun taħt ir-responsabbiltà tal-Ispeaker, bħall-Ombudsman u l-Awdituri Ġenerali. Jeħtieġ li d-Dar tal-Providenza, il-Malta Community Chest Fund u entitajiet oħra ma jibqgħux tallaba, sostna David Agius.
//= $special ?>