ITALJA ……… 1 (3)
INGILTERRA ….. 1 (2)
L-Italja għelbu l-Ingilterra wara l-għoti tal-penalties biex rebħu t-tieni Euro fl-istorja tagħhom, u sitt titlu internazzjonali. L-Ingilterra kellhom bidu mill-aqwa hekk kif wara biss żewġ minuti huma marru fil-vantaġġ meta minn cross ta’ Kieran Trippier kien Luke Shaw li b’volley għeleb lill Gigio Donnarumma għal 1-0. Fil-35 minuta xutt ta’ Federico Chiesa għadda ftit ‘il barra mil-lasti ta’ Jordan Pickford. Il-kumplament ta’ l-ewwel taqsima ma tantx offriet aktar azzjonijiet perikolużi hekk il-logħob intlagħab l-aktar f’nofs il-ground, b’Declan Rice u Kalvin Phillips ikunu aktar dominanti fuq il-midfield Taljan, kompost minn Jorginho, Marco Verratti u Nicolo Barella.
Fit-tieni taqsima l-Italja ħadu l-kontroll tal-partita u proprju fis-67 minuta kisbu l-gowl tad-draw meta minn corner Domenico Berardi, id-difiża Ingliża naqset milli tbiegħed il-periklu, bi-difensur Leonardo Bonucci jitfa’ fil-lasta mill-viċin għal 1-1. Bl-iskor jibqa’ dak ta’ draw il-partita kellha tmur għall-ħin barrani. Fil-ħin barrani iż-żewġ timijiet ma rnexxielhomx jiskorjaw bil-partita tiġi deċiża mill-għoti tal-penalties.
Għall-Italja skojaw Berardi, Bonucci, Bernardeschi, fallew Belotti, Jorginho.
Għall-Ingilterra skorjaw Kane, Maguire, fallew Rashford, Sancho, Saka.
Italja: G.Donnarumma, G.Di Lorenzo, L.Bonucci, G.Chiellini, Emerson, N.Barella, Jorginho, M.Verratti, F.Chiesa, L.Insigne, C.Immobile
Ingilterra: J.Pickford, K.Trippier, K.Walker, J.Stones, H.Maguire, L.Shaw, K.Phillips, D.Rice, M.Mount, R.Sterling, H.Kane
Referee: B.Kuipers
Assistenti Referees: S.van Roekel, E.Zeinstra
//= $special ?>