Brussell qajjem tħassib li l-projbizzjoni fuq dawk il-vjaġġaturi mhux imlaqqma li jidħlu f’Malta tista’ tkun diskriminatorja.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret it-Tnejn, il-kelliem tal-Kummissarju Ewropew Christian Wigand qal li kwalunkwe restrizzjoni tal-ivvjaġġar COVID-19 imwaqqfa għandha tkun “proporzjonata u mhux diskriminatorja”.
Huwa qal li “Għandna tħassib li dawn il-miżuri jistgħu jiddiskriminaw kontra dawk il-persuni li mhumiex imlaqqma għal kollox”.
Filwaqt li rrikonoxxiet li l-pajjiżi tal-UE jistgħu jistabbilixxu miżuri biex jipproteġu s-saħħa pubblika, il-Kummissjoni kienet talbet lil Malta għal “spjegazzjoni” dwar il-miżuri tagħha, żied jgħid.
Din il-projbizzjoni ser tidoll fis-seħħ nhar l-Erbgħa.
Wara żieda qawwija fil-każijiet tal-COVID-19, il-Gvern nhar il-Ġimgħa qal li, minn nhar l-Erbgħa, dawk kollha li jaslu Malta għandhom jippreżentaw ċertifikat rikonoxxut li juri li persuna tkun tlaqqmet kontra COVID-19, u t-tfal ta’ bejn il-5 u l-11 sena li jakkumpanjaw lill-ġenituri tagħhom iridu jippreżentaw test negattiv tal-PCR. Tfal mhux akkumpanjati mhux se jitħallew jidħlu f’pajjiżna.
//= $special ?>