Il-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Roberto Mancini qal li m’għandux kliem biex jiddeskrivi lil dan il-grupp ta’ plejers Taljani, li rebħu t-tieni Kampjonat Ewropew fl-istorja tagħhom. Mancini żied jgħid li fil-bidu li beda jmexxi dan il-grupp dan it-tragward kien kważi impossibli u huwa mertu tat-tim li dan seħħ.
Dwar il-partita Mancini stqarr li għalkemm fl-ewwel minuti l-Ingiltera ħadu l-partita f’idejhom, l-Italja rnexxielhom jikkontrollaw u jiddominaw il-kumplament tal-partita, bl-Ingilterra ftit li xejn jkunu perikolużi lejn il-lasti difiżi minn Gianluigi Donnarumma. Il-kowċ Taljan fakkar li dan kien suċċess għall-poplu Taljan kollu wara dak li għadda minnu minħabba l-pandemija tal-Covid 19, fejn kien wieħed mill-aktar pajjiżi milquta.
B’dan it-titlu Mancini sar ukoll l-ewwel kowċ li rnexxielu jirbaħ is-Serie A ma’ Inter, l-Premier League ma’ Man City u issa l-Kampjonati Ewropej, mat-tim nazzjonali Taljan.
//= $special ?>