Sport Waterpolo

Mill-llejla, fl-9:50pm, tibda t-22 sena ta’ Man Up+ fuq Net Television

Man Up+ jixxandar kull nhar ta' Tnejn fid-9:35pm fuq Net Television

Mill-lejla, it-Tnejn, 12 ta’ Lulju, tibda skeda oħra ta’ Man Up+ fuq Net Television. Bla dubju, Man Up+ hu wieħed mill-aktar programmi televiżivi, minn fost il-ġeneri ta’ produzzjonijiet kollha, li llu jixxandar fuq dan l-istazzjon.

Dan il-programm sportiv, li jiffoka speċifikament u esklussivament dwar l-istaġun tal-waterpolo lokali matul ix-xhur tas-sajf, beda’ jixxandar fis-sena 2000, għaldaqstant din is-sena, il-produzzjoni ta’ Man Up+ se tkun qed tiċċelebra 22 sena , mingħajr waqfien, ta’ programmi dwar il-waterpolo u li matulhom xxandru aktar minn 270 programm differenti.

Matul dawn is-snin kollha, sena wara l-oħra, il-producer ta’ dan il-programm kien Christian Micallef, li llum hu l-Kap tat-Taqsima Sport ta’ Net Television. L-entużjażmu lejn il-logħba tal-waterpolo, iżda wisq aktar lejn ix-xogħol tal-ġurnaliżmu sportiv, xpruna lil Micallef li minn etá tenera mhux biss welled dan il-programm (fil-bidu nett tiegħu, flimkien mal-kuġin tiegħu, u personalitá televiżiva sportiva, Sandro Micallef), iżda sena wara l-oħra baqa’ jwassal b’tant professjonalitá u b’dettall għall-kwalitá, programmi dwar il-waterpolo Malti., u dejjem fuq l-istess stazzjon.

Il-Kampjonat tas-sajf beda’ nhar il-Ġimgħa li għadda, u mill-lejla, Man Up+ se jkun qed jirraporta dak kollu li jkun qed iseħħ fil-Kampjonati tal-Irġiel, kif ukoll il-Kampjonati l-oħra organiżżati mill-ASA u li forsi ma jkunu mogħtija daqstant prijoritá fil-media lokali. Micallef se jkun qed jerġa’ jipproduċi Man Up+, kif ukoll jippreżenta dan il-programm sportiv, li għal sena oħra se jkun qed jitwassal fid-djar tat-telespettaturi Maltin u Għawdxin, kull nhar ta’ Tnejn, fil-ħin tad-9:30pm fuq Net Television.

Man Up+ hu programm ta’ madwar 90 minuta, u għal staġun ieħor se jerġa’ jkollu s-sehem u l-parteċipazzjoni tal-kowċ nazzjonali Malti tal-waterpolo, Karl Izzo fir-rwol ta’ mistieden residenti. Kull nhar ta’ Tnejn, Izzo se jkun qed jerġa’ iwassal il-ħsibijiet tiegħu dwar dak kollu li jkun qed iseħħ fix-xena tal-waterpolo Malti matul ix-xhur sħan tas-sajf.

Għall-lejla biss, Man Up+ se jkun qed jixxandar fl-9:50pm u kull nhar ta’ Tnejn, l-udjenza sportiva se tkun qed isegwi l-gowls kollha mill-Kampjonati tal-Irġiel, bil-kummentarju ta’ Micallef.

Għal sena oħra, Man Up+ qed jitwassal bl-appoġġ ta’ numru ta’ kumpaniji kummerċjali li huma parti mill-familja televiżiva sportiva ta’ dan il-programm, u li mingħajrhom, produzzjonijiet bħala dawn żgur li ma jkunx possibli li jitwassal għand l-udjenza li sseggwihom b’tant interess. Fit-22 sena ta’ Man Up+ fuq Net Television, dan il-programm għandu l-appoġġ ta’: Avanza Training Academy, Motors Inc, CISK, DOVE u Gorg Borg Company Limited, Gillette u VJ Salamone Marketing, Jetfreight, DIZZ Group u The Grand Hotel Excelsior.