EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Pedri jirbaħ l-unur tal-aqwa plejer żagħżugħ fil-Euro 2020

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder Spanjol ta’ 18-il sena Pedri Gonzalez rebaħ l-unur tal-aqwa plejer żagħżugħ fil-Euro 2020, wara prestazzjonijiet mill-aqwa mat-tim Spanjol. Pedri lagħab is-sitt partiti kollha matul it-tournament fejn irnexxielu jagħmel b’suċċess 421 passs minn 461, b’rata ta’ suċċess ta’ 91.32%. Pedri kien ukoll l-iżgħar plejer Spanjol li lagħab fil-kompetizzjoni tal-Euro.

Pedri rnexxielhom jiġri 76.1 kilometru, it-tielet l-aktar wara Jorgiho u Kalvi Phillips. Fis-semifinali kontra l-Italja, Pedri rnexxielu jagħmel b’suċċess il-passes kollha tiegħu matul id-90 minuta, xi ħaġa li fi kliem il-kowċ tiegħu Luis Enrique, l-“ebda plejer ma rnexxielu jagħmel”, fl-eta’ ta’ 18-il sena.