Lokali

Preżentata kopja tad-Divina Commedia lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista

It-traduzzjoni eċċellenti u b’tant rikkezza tad-Divina Commedia tkompli tagħmel unur għal-lingwa Maltija bil-kapaċita eċċellenti tal-kittieba Maltin.

Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta t-Tnejn filgħodu ġie ppreżentat b’kopja tad-Divina Commedia bil-Malti li kienet tradotta minn Alfred Palma.

L-awtur qal li jispera li bis-saħħa ta’ dan il-ktieb tkompli titjieb il-kultura Maltija. Huwa żied jgħid li l-ħidma fuq dan il-ktieb damet għaddejja għal madwar 20 sena, u hija l-ewwel edizzjoni Maltija li fil-kontenut tagħha għanda d-Divina Commedia ta’ Dante Alighieri kompluta.

Preżenti għal din il-preżentazzjoni kien hemm il-kelliem tal-oppożizzjoni għall-wirt nazzjonali il-kultura u l-arti Karl Gouder, Louis Galea, Richard Muscat u Joe Mizzi.