Raġel ta’ 50 sena residenti s-Sannat, Għawdex jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs f’xaft waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 tat-Tnejn filgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Fisher, l-Imġarr.
Tim mediku u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili taw l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>