Sport Sport Ieħor

Sepp Kuss jirbaħ il-15-il stadju tat-Tour de France

(Ritratt: EPA)

L-Amerikan Sepp Kuss rebaħ il-15-il stadju tat-Tour de France biex sar l-ewwel Amerikan li rebaħ stadju fit-Tour de France sa minn Tyler Farrar, li rebaħ stadju fl-2011. Minkejja dan, Tadej Pogacar saħħaħ il-posizzjoni tiegħu fil-klassifika overall u żamm il-flokk l-isfar.

L-Ingliż Mark Cavendish żamm il-flokk l-aħdar hekk kif rnexxielu jidħol disa’ minuti qabel spiċċa l-ħin, fejn se jibqa’ fil-quċċata tal-klassifika tal-punti, wara l-ġurnata ta’ mistrieħ tat-Tnejn. Fil-klassifika ġenerali Pogacar baqa’ fl-ewwel post, b’Rigoberto Uran fit-tieni post filwaqt li Jonas Vingegaard jinsab fit-tielet post.