Fl-ewwel indirizz lill-media wara t-telfa ta’ lbieraħ, il-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Gareth Southgate stqarr li jrid imexxi lit-tim nazzjonali Ingliż fit-Tazzaz tad-Dinja fil-Qatar, fl-2022.
Southgate kien mistoqsi jekk hux se jiffirma kuntratt ġdid li jorbtu fit-tmexxija sal-2024, bil-kowċ Ingliż jwieġeb li ma jridx jibqa’ fit-tmexxija aktar milli jistħoqlu.
Aktar kmieni matul il-Euro 2020 il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Ingliża, Mark Bullingham, stqarr li jrid joffri estensjoni tal-kuntratt lil kowċ ta’ 50 sena, b’ Southgate jgħid li t-tim fadallu fejn jimraħ u fejn jilħaq prestazzjonijiet aħjar.
//= $special ?>