EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Southgate jgħid li jrid imexxi lill-Ingilterra fit-Tazza tad-Dinja tal-Qatar

(Ritratt: EPA)

Fl-ewwel indirizz lill-media wara t-telfa ta’ lbieraħ, il-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Gareth Southgate stqarr li jrid imexxi lit-tim nazzjonali Ingliż fit-Tazzaz tad-Dinja fil-Qatar, fl-2022.

Southgate kien mistoqsi jekk hux se jiffirma kuntratt ġdid li jorbtu fit-tmexxija sal-2024, bil-kowċ Ingliż jwieġeb li ma jridx jibqa’ fit-tmexxija aktar milli jistħoqlu.

Aktar kmieni matul il-Euro 2020 il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Ingliża, Mark Bullingham, stqarr li jrid joffri estensjoni tal-kuntratt lil kowċ ta’ 50 sena, b’ Southgate jgħid li t-tim fadallu fejn jimraħ u fejn jilħaq prestazzjonijiet aħjar.