Coronavirus Lokali

Chris Fearne isejjaħ konferenza wara li tmut tifla ta’ 5 snin

"Kienet mildly reactive għall-Covid-19"

F’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne nabbar li tifla ta’ 5 snin li kienet iddaħlet l-Isptar l-Ġimgħa filgħaxija b’deni qawwi kienet mietet is-Sibt.

Malli ddaħlet l-Isptar it-tifla tpoġġiet mal-ewwel fuq ventilator, hekk kif il-kundizzjoni tagħha bdiet serja lura u sfortunatmanet tilfet ħajjitha s-Sibt li għadda.

Fearne qal li l-ewwel test li sarilha malli daħlet l-Isptar it-tifla ttestjat negattiv, iżda fi swab test ieħor li sar iktar tard, irriżulta li t-tifla kienet mildly reactive għall-coronavirus.

Intant il-familja tal-vittma qed tappella sabiex ħadd ma jasal għal konklużjonijiet mgħaġġlin u jieqfu l-ispekulazzjonijiet.

Fil-parlament llejla l-Viċi-Kap tal-PN David Agius ta l-kondoljanzi lill-familja tat-tifla f’isem il-PN.