Internazzjonali

GEORGIA: Isejħu għar-riżenja tal-Prim Ministru wara l-mewt ta’ cameraman

Ġlied quddiem il-Parlament tal-Georgia wara talba għar-riżenja tal-Prim Ministru Irakli Garibashvili wara l-mewt ta’ cameraman li spiċċa attakkat waqt li kien fuq xogħlu.

Il-vittma ġarrab ġrieħi serji f’wiċċu waqt protesta anti-pride fil-Belt Kapitali Tbilisi fil-5 ta’ Lulju…madanakollu ġie rilaxxat mill-isptar ftit wara iżda sfortunatament instab bla ħajja fir-residenza tiegħu.

Id-dimostranti qed isejħu għar-riżenja tal-Prim Ministru u jakkużawh li qed jippermetti li ssir vjolenza fuq membri tal-midja.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li t-Tnejn filgħaxija qam xi glied bejn l-ġurnalisti u membri tal-Oppożizzjoni kontra membri tas-sigurtà tal-Parlament wara li provaw jidħlu fil-binja sabiex ikellmu lill-membri tal-Gvern.

Intant il-Prim Ministru ddeskriva din il-mewt bħala traġedja madanakollu bosta qed jakkużaw lilu u l-Gvern tiegħu bħala l-ħatja ewlenin li ippermettaw ambjent ostili kontra l-ġurnalisti fil-pajjiż.

Il-vittma kien wiehed fost 50 membru tal-midja li spiċċa attakkat waqt dik il-protesta.