Lokali Temp

Ġunju sħun iżda b’inqas xemx

Jekk tul ix-xahar ta’ Ġunju ħassejt sħana aktar minn normal… kun af li din mhux perċezzjoni.

Filfatt l-aħħar jum ta’ Ġunju ra l-merkurju jimmarka sa 41.5 gradi celsius…. l-ogħla jum ta’ Ġunju sa milll-1923.

Informazzjoni li ħarġet mill-Uffiċju Meteroloġiku tgħid li Ġunju ta’ din is-sena kellu inqas xemx mill-medja… b’total ta’ 294 siegħa ta’ xemx tiġi rreġistrat tul it-30 jum.

It-temperaturi għolew sew lejn l-aħħar għaxart ijiem tax-xahara meta arja sħuna minn fuq id-deżert Sahara inqabdet b’sistema ta’ pressjoni għolja fuq iċ-ċentru tal-Mediterran. Dan wassal biex it-temperaturi sparaw il fuq u għal xi jiem pajjiżna esperjenza mewġa ta’ sħana qawwija.

Sabiex itaffu xi ftit mis-sħana fl-arja, bosta kienu dawk li ppruvaw jiffriskaw billi jerħula lejn il-baħar…. iżda anke hawn is-sħana għamlet tagħha. Filfatt… it-temperatura medja tal-baħar kienet kważi żewġ gradi ogħla minn dik normali ta’ 21.5%.

Minkejja dan… Ġunjua tal-2019 jibqa’ l-aktar wieġed sħun fl-aħħar ħames snin…. bit-tempetura massima kienet fil-medja ta’ 31.4 gradi… jew 0.4gradi inqas mill medja għal Ġunju ta’ din is-sena li kienet ta’ 31 grad.
l-aħħar jiem ta’ Ġunju kienu wkoll iddominati minn arja mċajpra ikkawżata minn trabijiet u sħab għoli li ħafna drabi għatta ix-xemx.

Dan wassal biex Gunu tal-2021 kien inqas xemxi milli mistenni u b’34 siegħa inqas xemx irreġistrat mill-kwota ta’ 328 għal dan ix-xahar.

It-tieni jum tax-xahar kien l-inqas wieħed xemxi. Dakinhar… ix-xemx xirfet biss għal sagħtejn. Dan kien ukoll l-uniku jum f’Ġunju li fih kienet irreġistrata xita… total ta’ 0.8mm.

Din kienet l-unika xita li nizlet tul it-30 jum tax-xahar… li normalmemt ikollu medja ta 4mm ta’ xita.