HIBERNIANS …………… 0 (0)
FC FLORA TALINN ….. 3 (5)
Hibernians : N.Vella, A.Agius, L.Almeida, F.Apap, Z.Grech, Thaylor, D.Vella, B.Kristensen, J.Grech, J.Degabriele, W.Domoraud
FC Flora Talinn: M.Igonen, M.Llander, H.Purg, MKuusk, M.Lukka, S.Zenjov, M.Miller, M.Soomets, H.Ojamaa, K.Vassiljev, R.Sappinen
Referee: M.Lukjancukas
Hibernians kienu eliminati mill-UEFA Champions Leagie wara li fis-Centenary Stadium kienu megħluba bl-iskor ta’ 3-0 kontra FC Flora Talinn. B’hekk l-iskor fuq iż-żewġ partiti kontra FC Talinn kien dak ta’ 5-0 favur t-tim mill-Estonja. B’din it-telfa issa Hibernians se jilagħbu fil-UEFA Conference League fejn se jiltaqgħu kontra Folgore tal-Kosovo.
Fl-14-il minuta azzjoni perikoluża ta’ Hibernians minn meta ix-xutt ta’ Jake Grech kien maqlugħ minn fuq il-linja mill-goalkeeper, bir-referee ma jagħtix il-gowl, Biex fil-25 minuta FC Flora marru fil-vantaġġ meta minn pass ta’ Sappinen kien Sergei Zenjov li għeleb lill Nicky Vella għal 1-0. Fit-32 minuta FC Flora irdoppjaw meta Rauno Sappinen għadda tajjeb u kkonkluda wara Vella għal 2-0.
L-Estonjani għalqu l-parti fl-ewwel taqsima, bit-tielet gowl jasal tliet minuti mit-tmiem, meta minn pass ta’ Henrik Ojamaa kien Sten Reinkort li tefa’ ġewwa għal skor finali ta’ 3-0.
//= $special ?>