Futbol Sport

Hibernians fl-azzjoni fit-tieni leg kontra FC Flora Talinn

Hibernians se jkunu qed iħarsu li jdawwru r-riżultat kontra FC Flora Talinn wara li fl-ewwel leg sofrew telfa ta’ 2-0. Fl-ewwel leg Hibernians spiċċaw jilagħbu bi plejer inqas hekk kif tkeċċa Raphael Dos Anjos wara żewġ karti sofor. Kien hawnhekk li FC Flora skorjaw żewġ gowls, permezz tal-captain Rauno Sapinnen.

Fis-Centenary Stadium, it-tim immexxi mill-kowċ Stefano Sanderra kif ukoll mill-kowċ Ryan Pulis, se jkollhom jirkupraw żewġ gowls żvantaġġ biex jagħmluwa għat-tieni round ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League. Jekk jgħaddu għar-round li jmiss, din tkun ir-raba’ darba li Hibernians rnexxielhom jagħmluha għat-tieni round tal-UEFA Champions League, wara li fl-2002/03 għelbu lil Shelbourne Fc u kienu eliminati minn Boavista, fl-istaġun 2015/16 kienu eliminati minn Maccabi Tel Aviv, filwaqt li fl-istaġun 2017/18 għelbu lill-istess FC Flora Talinn fl-ewwel round iżda kienu eliminati minn RB Salzburg fit-tieni round.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE

Tieni Leg : Hibernians v FC Flora Talinn 6.00pm (Centenary Stadium)