Il-UEFA qed tinvestiga d-diversi inċidenti rrapurtati fil-finali tal-Euro 2020 fejn jidher li mijiet ta’ partitarji daħlu f’Wembley Stadium mingħajr biljett. Il-UEFA fetħet ukoll proċeduri dixxiplinarji kontra l-FA Ingliża, wara li partitarji Ingliż daħal fil-pitch waqt il-partita, il-partitarji Ingliżi waddbu diversi oġġetti, diżrispett waqt l-innu nazzjonali Taljan kif ukoll li użaw murtali illegalment.
Seħħew ukoll inċidenti barra l-istadium fejn numru ta’ partitarji jidher li qabżu l-persuni tas-sigurta’ u daħlu f’Wembley Stadium mingħajr biljett. Il-UEFA diġa mmultat lill-FA Ingliża €30,000 għal inċidenti simili matul il-partita kontra d-Danimarka fis-semi finali.
//= $special ?>