Sport Sport Ieħor

Il-villaġġ olimpiku f’Tokjo jilqa’ l-ewwel atleti

(Il-Villaġġ Olimpiku f'Tokjo)

Illum fetaħ uffiċjalment il-villaġġ olimpiku f’Tokjo l-Ġappun fejn bdew jaslu l-ewwel atleti. Dan sar mingħajr l-ebda preżenza tal-media wara l-aħħar żieda fil-każijiet tal-Covid-19 fil-kapitali Ġappuniża.

L-organizzaturi f’Tokjo iddeċidew li jikkanċellaw iċ-ċerimonji b’rabta mal-ftuħ tal-villaġġ bħala prekawzzjoni għal firxa tal-Covid-19. L-atleti li se jikkompetu fl-Olimpjadi kienu mitluba jaslu fil-villaġġ ħames t’ijiem qabel il-jikkompetu u jitilqu jumejn qabel jtemmu t-tournament.

Il-villaġġ hu atrezzat b’diversi kmamar tal-ikel, ċentru tad-doping kif ukoll klinika preparat fl-eventwalita’ li jkun hemm każijiet pożittivi tal-Covid-19.

L-atleti u l-kontinġent ta’ magħhom huma mitluba biex jilbsu l-maskli f’kull ħin fil-villaġġ olimpiku, fil-areas komuni kif ukoll x’ħin ma tistax tiġi osservata d-distanza soċjali bejn l-persuni nvoluti.

Il-ftuħ tal-Villaġġ Olimpiku seħħ ġurnata wara li tħabbar stat ta’ emerġenza f’Tokjo, hekk kif qed jinfirex l-aktar varjant perikoluż fil-kapitali.