EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

“Jien ridt nagħti penalty” – Jack Grealish

(Ritratt: EPA)

Il-midfiedler Ingliż ta’ 25 sena Jack Grealish, f’post fuq il-media soċjali, insista li hu kien wieħed mill-plejers li ried jagħti penalty, fil-finali kontra l-Italja. Fil-post tiegħu Grealish qal li Southgate għamel diversi deċiżjonijiet tajbin matul il-Euro 2020 kif għamel ukoll fil-finali.

Madanakollu Grealish irribata kummenti tal-eks plejer ta’ Man Utd, illum opinjonista, Roy Keane, li plejers ta’ aktar esperjenza bħalu u bħal Luke Shaw misshom offrew biex jagħtu l-penalty minflokk iż-żgħażagħ Ingliżi, speċjalment minflokk Bukayo Saka, li fl-eta’ ta’ 19-il sena kien inkarigat bil-penalty deċiżiv, f’finali tal-Euro 2020.

Il-kowċ Ingliż Gareth Southgate refa’ r-responsabilita tal-għażla tal-plejers li kellhom jagħtu l-penalties, fejn qal li d-deċiżjoni kienet totalment f’idu, liema deċiżjoni kienet ibbażata fuq dak li ra fis-sessjonijiet ta’ taħriġ.