Għaddas li kien qed jagħmel xi xogħol taħt il-baħar sofra ġrieħi serji meta ntlaqat minn blokka tal-konkos.
L-inċident seħħ dalgħodu bil-Pulizija tiġi infurmata bil-każ għall-ħabta tal-9.45am.
Huma marru immedjatament fil-post fl-inħawi ta’ Triq it-Trunċiera, Marsaxlokk.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li waqt li żewġ għaddasa kienu qegħdin jagħmlu xi xogħolijiet, iċċaqalqet blokka tal-konkos bil-konsegwenza li laqtet wieħed minnhom, raġel ta’ 41 sena residenti n-Nadur, Għawdex
Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili taw l-assistenza u ambulanza, skortata mill-Pulizija tad-Distrett, ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Joseph Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>