Lokali Parlament

L-Ispeaker jabbunduna laqgħa ta’ Kumitat Parlamentari; jqum u jitlaq ‘l barra!

L-Iseakker tal-Parlament Anġlu Farrugia llejla abbanduna laqgħa importanti tal-Kumitat Parlamentari għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika billi qam u telaq ‘l barra mil-laqgħa li kienet qed tiddiskuti l-każ tad-deputat Laburista Rosianne Cutajar.

Dan l-atteġġjament tal-Ispeaker ġab il-kundanna tal-Oppożizzjoni li permezz tad-deputati Karol Aquilina u Therese Comodini Cachia pprotestaw bil-qawwi u sostnew li dan l-atteġġjament mhxu aċċettabbli. L-Isepaker abbanduna l-laqgħa wara li l-Gvern ma qabilx li jitressaq Charels Farrugia ‘It-Tikka’ biex jixhed b’mod immedjat quddiem dan il-kumitat wara li jkun xehed il-Kummissarju tat-Taxxi Interni.

Id-deputati tal-Gvern sostnew li huma ma jridux jaċċettaw li jixhed Farrugia li hu ħabib tad-deputat Laburista Rosianne Cutajar u li kien involut magħha fis-senserja tad-dar fl-Imdina bl-involviment ta’ Yorgen Fenech.

Id-deputati Nazzjonalisti sostnew li huma lesti jaċċettaw li l-kumitat ikompli jinvestiga l-każ ta’ Rosianne Cutajar bil-kundizzjoni li ma jkunux miżmuma lil min itellgħu bħala xhieda. Il-Gvern qed joġġezzjona għal dan u ma jridx jaqbel li l-PN ikollu d-dritt li jtella’ x-xhieda tiegħu dwar il-każ.