Lokali

L-ispeaker jagħti raġun lill-Oppożizzjoni dwar diskussjoni fuq ir-rapport tal-greylistng

L-ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia ta raġun lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista meta f’ruling li ta qal li d-Deputat Laburista Jean Claude Micallef ma kellux il-poter li jiddeciedi waħdu x’għandu jiġi diskuss fil-Kumitat Parlamentari dwar l-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji.

Dan wara li fuq talba tal-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar sabiex il-Kumitat jiddiskuti r-rapport tal-FATF li poġġa lil pajjiżna fuq il-lista l-griża, ic-chairman tal-Kumitat kien ċaħad din it-talba. Issa l-ispeaker qal li din id-deċiżjoni trid tittieħed mill-Kumitat kollu.

Il-Whip tal-Oppozizzjoni issa mistenni jerġa jikteb lill-Kumitat u jitlob li dan ir-rapport ikun diskuss b’urgenza.