Futbol Sport

L-MFA tipprepara għall-UEFA Playmakers f’kollaborazzjoni ma’ Disney b’kors ta’ jumejn

(Ritratt: MFA)

L-MFA organizzat kors ta’ jumejn bi preparazzjoni għall-UEFA Playmakers f’kollaborazzjoni ma’ Disney għall-84 persuna. 56% tal-parteċipanti kienu nisa, li se jkunu qed jipprovdu sessjonijiet ta’ taħriġ lit-tfajliet li se jieħdu sehem f’dan il-programm.

Fil-kors ipparteċipaw diversi persuni fosthom, għalliema tal-attivita’ fiżika, Girl Guides, LSE’s, għalliema, coaches, studenti mill-MCAST kif ukoll plejers tal-futbol nisa.

Matul dan il-kors il-persuni involuti ġew preparati bil-kontenut neċċessarju sabiex jipprovdu l-aħjar esperjenza fis-sessjonijiet ta’ taħriġ lit-tfajliet involuti f’dan il-proġett.

Il-plejer Maltija ta’ Sassuolo Haley Bugeja, li hija ambaxxatur ta’ dan il-proġett, kienet preżenti għal dawn is-sessjonijiet filwaqt li rringrazzjat lill-organizzaturi.

Id-Direttur tal-Futbol tan-Nisa f’pajjiżna Pierre Brincat saħaq li kulħadd għanud jaħdem flimkien sabiex dan il-proġett ikun ta’ suċċess għall-Malta u għall-MFA.

F’dawn il-jumejn ħadu sehem ukoll tfajliet ta’ Mġarr United, Birkirkara u Sliema Wanderers, b’numru ta’ parteċipanti jfaħħru din l-inizjattiva u dan il-proġett li jippromwovi l-futbol tan-nisa f’Malta.