Lokali

Raġel ta’ 22 sena l-Isptar wara inċident fil-Mellieħa

Sudaniż ta’ 22 sena residenti Birżebbuġa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15.30 fi Triq il-Kbira meta r-raġel li jaħdem ma’ aġenzija li tiġbor l-iskart, niżel minn fuq it-trakk u ttajjar minn vettura tat-tip Nissan NV200 li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 29 sena residenti l-Fgura.

Fuq il-post ssejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar filwaqt li l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

Kawża tal-inċident, Triq il-Kbira fil-Mellieħa tinsab magħluqa għat-traffiku.