Futbol Sport

Rodrigo de Paul jissieħeb lil Atletico Madrid

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder Arġentin Rodrigo de Paul issieħeb lil Atletico Madrid fi Spanja mingħand Udinese, b’Atletico jħallsu madwar €35 miljun għall-Arġentin. De Paul għadu ġej mir-rebħ tal-Copa America fejn fil-finali provda l-pass kruċjali li minnu Angel di Maria skorja l-gowl uniku fil-finali kontra l-Brażil.

Rodrigo de Paul iffirma kuntratt ta’ ħames snin li jorbtu ma’ Atletico sal-2026. Fil-passa de Paul lagħab fi Spanja ma’ Valencia bejn l-2014 u l-2016. Il-ħames snin ta’ wara qattahom fl-Italja ma’ Udinese fejn magħhom lagħab 177 darba fejn skorja 33 gowl, fejn f’Diċembru tal-2020 inħatar bħala l-captain tal-club.