Lokali

Skejjel tal-Ingliż jilmentaw li ma ġewx ikkonsultati qabel ingħalqu

Ritratt: Sky News

Skejjel tal-Ingliż f’pajjiżna qed jilmentaw għall-mod kif il-Gvern qabad u għalaqhom mingħajr imqar kellimhom qabel ma għamel dan.

Wara li dawn l-iskejjel bgħatew daqqa kiefra tul is-sena li għaddiet li ħalliet lil ħafna minnhom f’sitwazzjoni finanzjara xejn sabiħa, issa reġgħu sabu ruħhom f’sitwazzjoni prekarja hekk kif wara biss ftit ġimgħat tal-ftuħ mill-ġdid reġgħu ġew imġegħla jagħlqu.

L-argument tal-iskejjel hi li d-deċizjoni tal-Gvern li jabqad u jagħlaqhom għal kollox kienet waħda mgħaġġla u li ma qisitx ir-realtàjiet tagħhom. Huma qed iqisu din id-deċiżjoni bħala waħda li tiddiskrimina għaliex fil-verità persuni li huma mlaqqma qed jitħallew jidħlu f’pajjiżna, imma student imlaqqam mhux se jkun permess jiġi jistudja f’Malta.

Dawn l-iskejjel għandhom madwar 60% tal-istudenti tagħhom taħt is-17-il sena, madankollu għandhom ukoll porzjon tajjeb ta’ studenti adulti. Huma qed jilmentaw li l-Gvern iddeċieda qabel ma kkonsulta.

Issa, l-Federazzjoni se tkun qed tiltaqa’ mal-Gvern bit-tama li jingħataw rimedju għal din id-deċiżjoni ħabta w’sabta.