Lokali

Sudaniż ta’ 22 sena jintlaqat minn karozza

Sudaniż, ta’ 22 sena residenti Birżebbuġa sofra xi ġrieħi wara li nltaqat minn karozza.

L-inċident seħħ f’xi t-3.30pm, bir-raġel kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira, Mellieħa.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel intlaqat minn karozza tat-tip Nissan NV200 misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti Fgura.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin