Lokali

Tfal ta’ 12 u 13-il sena għadhom mingħajr ċertifikat tal-vaċċin

Dawk it-tfal ta’ bejn it-12 u t-13-il sena għadhom ma jistgħux iniżżlu ċ-ċertifikat tal-vaċċin minkejja li huma mlaqqma b’mod sħiħ.

Bosta tkellmu ma’ Net News u saħqu li l-Awtoritajiet qed jgħidulhom li hemm anomalija fis-sistema online u għalissa dawn it-tfal ma jistgħux iniżlu ċ-ċertifikat minħabba l-fatt li m’għandhomx karta tal-identità.

Filwaqt li kull min huwa residenti Malta u Għawdex għandu numru tal-karta tal-identità, la darba ma jkollhomx il-karta…m’għandhomx in-numru tad-dokument – indispensabbli u għalissa obbligatorju sabiex tnizzel iċ-ċertifikat tal-vaċċin.

Għaldaqstant bosta saħqu li qed isibuha impossibli sabiex isiefru ma uliedhom, li għandhom bejn it-12 u 13-il sena.

Bosta li tkellmu ma’ Net News saħqu li Kelliema għall-Awtoritajiet ma taw ebda soluzzjoni, għajr biex jistennew sakemm jirranġaw is-sistema…bil-konsegwenza li jkollhom jikkanċellaw il-btala tagħhom.