Lokali Parlament

Appell għal soluzzjoni dwar liġijiet li jiksru l-Kostituzzjoni

Chris Said, PN

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said appella lill-Gvern biex isib soluzzjonijiet dwar liġijiet li huma dikjarati li jmorru kontra l-Kostituzzjoni.

Fil-parlament Chris Said qal li fl-2016 kien hemm sentenza il-Qorti Kostituzzjonali kontra d-Direttur tal-Kompetizzjoni, il-Gvern kien beda diskussjoni għal soluzzjoni. Il-PN kien offra soluzzjoni dak iż-żmien biex ma jkunx hemm tnaqqis fid-drittijiet taċ-ċittadini.

Il-PN għadu bl-istess pożizzjoni favur dan id-drittijiet b’saħħithom favur iċ-ċittadni; dawn għandhom jissaħħu mhux jiddgħajfu. Il-Gvern baqa’ jwebbes rasu u ma ressaqx emendi dwar il-liġijiet dikjarati li jmorru kontra l-kostituzzjoni. Hu qal li l-PN jinsisti li jkun hemm tribunal imparzjali u indipendenti biex jiddeċiedi dwar multi.

Chris Said qal li l-awtoritajiet li se jiddeċiedu dwar il-multi m’humiex indipendenti għaleix dawn huma appuntati mill-ministru; din il-pożizjzoni tagħmel il-multi u l-penali bħala li jmorru kontra l-kostituzzjoni.

Hu spjega li l-gvern kien kommess li ssir il-Konvenzjoni Kostituzzjonali biex ir-riforma fil-kostituzzjoni ssir b’konsultazzjoni. Fl-aħħar sena dan il-proċess waqaf u l-Kumitat war ir-Riforma Kostituzzjonali ilu iktar ma jiltaqa’ Jidher li l-importanza għal din ir-riforma m’għadhiex prijorità.