Futbol Internazzjonali Sport

Boris Johnson jgħid li dawk li jgħaddu kummenti razzisti mhux se jitħallew jidħlu aktar fl-istadiums

(Ritratt: EPA)

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li dawk li se jinstabu ħatja ta’ kummenti razzisti mhux se jkunu qed jitħallew jidħlu aktar fl-istadiums. Dan qed isir wara li numru ta’ players Ingliżi kienu attakkati b’mod razzjali fuq il-midja soċjali wara t-telfa fil-finali tal-Euro 2020 kontra l-Italja.

Numru ta’ persuni bdew ukoll petizzjoni online sabiex l-FA u l-Gvern Ingliż ma jħallix partitarji li jinstabu ħatja ta’ kummenti razzisti jidħlu fl-istadiums. Johnson qal li l-Gvern Ingliż qed jieħu l-passi meħtieġa sabiex dan l-atteġjament jitrażżan.