Lokali Parlament

Il-Gvern jeħtieġ viżjoni u mhux ikun populist dwar il-COVID

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet li l-Gvern jeħtieġ viżjoni u mhux ikun populist dwar il-COVID.

Fl-Aġġornament tal-parlament Claudette Buttigieg qalet li s-sitwazzjoni tal-COVID qed terġa’ ssir waħda diffiċli għal diversi raġunijiet u kkritikat lill-Gvern għall-pożizzjonijiet li qed jieħu.

Hi sostneit li l-Ministru tat-Turiżmu qed jagħti €300 lill-istudenti biex jinkoraġġuhom u sostniet li dawn misshom ingħataw lil dawk li jkunu vaċċinati u jiġu Malta.

Bħalissa hawn 1,000 każ ta’ COVID li m’humiex riżultat tal-attivitajiet li seħħew fl-aħħar ġranet. Il-COVID Team tal-PN jiddiskuti kuljum is-sitwazzjoni, sostniet Claudette Buttigieg, li kompliet li l-Gvern żbalja meta ta €300 lil-istudenti kollha.

Il-PN qed jipproponi li l-Gvern jassigura infurzar iktar strett fil-portijiet għaliex mhux biżżejjed li jsir iċċekkjar tan-nies li jidħlu. Irid ikun hemm assigurazzjoni li d-dokumenti ppreżentati fil-portijiet minħabba li jista’ jkun hemm vaċċinati li jkunu iġorru l-virus.

Proposta hi li l-Gvern jassigura contact tracing rigoruż; dan hu xogħol diffiċli ħafna minħabba li fil-pajjiż ġew studenti żgħażagħ li ma kienux vaċċinati.

Il-PN tratta wkoll l-iskejjel tal-Ingliż; li ma kienux huma li ġabu s-sitwazzjoni preżenti għaliex din hi responsabbiltà tal-Gvern. Irridu nħarsu kif l-iskejjel jistgħu jsibu s-soluzzjonijiet; hu kalkulat li bħalissa hawn madwar 12,000 persuna li jiġu Malta biex jitgħallmu l-Ingliż. Issa l-Gvern ddeċieda li jgħalaq l-iskejjel iżda ma qalx x’se jsir mill-istudenti.

Flok jitgħallmu l-Ingliż issa l-istudenti qed jiġru mal-pajjiż. La m’humiex vaċċinati, l-iskejjel kellhom jipprovdulhom klassijiet online iżda biex dan isir hemm problemi ta’ loġistika minħabba li mhux l-iskejjel kollha attrezzati għall-online.

Ħafna mill-istudenti għandhom biss mobile u ma ġabux il-laptop magħhom u għalhekk ma jistgħux jitgħallmu kfi suppost. Il-Gvern missu ma ħalliex lil dawn l-istudenti jiġu iżda issa ddeċieda li jgħalaq l-iskejjel. Hemm ukoll nies li huma vaċċinati li wkoll għandu jsirilhom test għall-virus biex huma wkoll imorru l-iskola.

Hi appellat lill-poplu biex ikun viġilanti quddiem din il-problema li qed terġa’ tikber. Hi tat il-kondoljanzi lit-tifla ta’ 5 snin li tilfet ħajjitha fl-aħħar ġranet u lil dawk kollha li mietu minħabba l-COVID; kulħadd irid ikun iktar paċenzjuż u viġilanti ma’ xulxin. Il-Gvern għandu jkollu viżjoni fit-tul u ma jkunx populist, sostniet Claudette Buttigieg.