Coronavirus Lokali Saħħa Turiżmu

Il-Gvern jirrepeti l-mekkaniżmi li fallew sena ilu

Jidher li l-Gvern ta’ Robert Abela ma tgħallem xejn mis-sitwazzjoni li affaċċja pajjiżna s-sajf li għadda… hekk kif il-famużi “mekkanizmi” reġgħu ma ħadmux.

Is-sena li għaddiet Malta kienet qed tiġi reklamata bħala waħda mill-aktar destinazzjonijiet siguri fl-Ewropa peress li pajjiżna kien qed jirreġistra ammonti vera żgħar ta’ każijiet ġodda pożittivi ta’ Covid-19. Iżda f’temp ta’ ftit ġimgħat… pajjiżna spiċċa minn l-aqwa fl-Ewropa, għal pajjiż li beda jaffaċċja mijiet ta’ każi ġodda ta’ kuljum. U minn dan kollu… jidher li l-Gvern ta’ Robert Abela baqa’ ma tgħallimx, avolja ħeles minn Julia Portelli bhala Ministru tat-Turiżmu, u kien daħħal lill-Ministru Clayton Bartolo minflokha.

Jidher illi anke dan is-Sajf, Bartolo ddeċieda li jerġa’ jimxi fuq dawn il-famużi “mekkaniżmi”, u pajjiżna qed jerġa’ jgħaddi mill-istess sitwazzjoni li affaċċja s-sena li għaddiet.

Pruvajna nsaqsu lill-eks Ministru tat-Turiżmu Julia Portelli x’inhi r-raġuni għala l-Gvern ma tgħallem xejn u qed jibqa’ jirrepeti l-istess żbalji… iżda bqajna mingħajt tweġiba.

F’temp ta’ ġimgħatejn minn madwar 20 każ attiv… issa pajjiżna spiċċa b’1,000 każ attiv – ħafna minnhom persuni li daħlu minn barra l-pajjiż.  U quddiem dan kollu…il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo qed jibqa’ totalment sieket.