Internazzjonali

Il-Papa Franġisku ġie rilaxxat mill-Isptar

Ritratt: Vatican News

Aktar kmieni dalgħodu, il-Papa Franġisku li għandu 84 sena, deher jitlaq mill-Isptar Gemelli f’Ruma. Dan wara l-intervent mediku li sarlu fil-musrana l-kbira aktar kmieni din il-ġimgħa, fejn dam madwar tliet siegħat.

Din kienet l-ewwel darba li l-Papa ddaħħal l-isptar minn meta sar Papa fl-2013.