Illum, fis-6:30pm tibda t-tieni sessjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista bit-tema ‘Nemmnu fik. Fiducja f’Malta‘, sessjoni li se tixxandar LIVE fuq Net Television. Matul din it-tieni sessjoni, li ser issir fil-Qrendi, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech se jwieġeb għall-mistoqsijiet li intbgħatu minn nies.
Il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista beda s-Sibt li għadda f’Għawdex u ser ikompli sas-Sibt li ġej bl-aħħar sessjoni, li tintemm b’diskors tal-għeluq mill-Kap tal-PN Bernard Grech, tkun mill-Belt Valletta.
Dan il-Kunsill Ġenerali huwa wkoll eżerċizzju li jagħti ħarsa lejn il-ħidma politika li saret matul is-sena li għaddiet u fl-istess waqt iħares ‘il quddiem għall-ġejjieni. Fl-istess waqt, dan il-Kunsill se jeleġġi 18-il rappreżentant għall-Kumitat Eżekuttiv, f’elezzjonijiet li se jsiru l-Ġimgħa 16 u s-Sibt 17 ta’ Lulju.
//= $special ?>