Sport Sport Ieħor

Investigati żewġ partiti mit-tournament ta’ Wimbledon

L-Aġenzja Internazzjonali fl-Integrità tat-Tennis, l-ITIA qed tinvestiga żewġ partiti fir-rawnds tal-bidu mill-kategorija maskili u dik tad-doubles fit-tournament ta’ Wimbledon li ntemm ftit tal-jiem ilu.

Jidher li l-invstigazzjoni qed iseħħ wara li allegatament jidher li kien hemm irregolaritajiet fil-mod ta’ kif seħħ il-betting fuq dawn iż-żewġ partiti. Fil-partita mill-kategorija tal-irġiel, jidher li kien hemm eluf ta’ flus li kienu milgħuba fi tmiem it-tieni set.

F’April li għadda, l-ITIA, issosspendiet għal għomru lit-tennista Arġentin Franco Feitt wara li kien ammetta li wettaq disa’ reati ta’ match-fixing bejn l-2014 u l-2018.