Lokali

Irlandiż qed isofri ġrieħi gravi wara li ttajjar fil-Belt Valletta

Irlandiż, ta’ 45 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta. L-inċident seħħ għal ħabta tal-5.30pm.

Minn stħarriġ li sar irriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura Renault Zeo misjuqa minn mara Ingliża ta’ 38 sena li tgħix il-Gżira.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ikkummenta