Lokali

Jiddaħħlu 81 immigrant f’pajjiżna… instabu wkoll tlieta mejta

Għall-ħabta tal-4.30 ta’ dalgħodu ddaħħlu 81 immigrant f’pajjiżna…. bi tlieta oħra jiddaħħlu mejta.

Dawn l-immigranti sabu ruħhom f’diffikulta f’nofs ta’ baħar f’żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Joe MIfsud filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.