Lokali

Jonathan Attard co-opted Deputat Parlamentari

Il-post vakat mid-deputat Laburista Manwel Mallia se jkun qed jimtela’ minn persuna oħra li huwa qrib ferm ta’ Robert Abela, bil-Prim Ministru jipprova jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fil-Grupp Parlamentari wara l-kritika qawwija li rċieva għan-nuqqas ta’ azzjoni tiegħu fuq il-każ ta’ Rosianne Cutajar.

Kien għalhekk li l-Prim Ministru mar għall-isem ta’ Jonathan Attard – persuna li ilu snin jimmilita fil-PL, u li beda bħala ġurnalist mal-istazzjon Laburista. Manwel Mallia minn naħa tiegħu se jkun qed jieħu l-kariga ta’ Kummissarju Għoli fir-Renju Unit.

L-avukat Attard se jkun qed jieħu l-ġurament bħala deputat parlamentari iktar tard illum, wara li l-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista qablu li jkun hu li jiġi co-opted fil-Parlament.