Futbol Sport

Lionel Messi jilħaq ftehim dwar kuntratt ġdid

(Ritratt: EPA)

L-istilla ta’ Barcelona Lionel Messi mistenni jiffirma kuntratt ġdid ta’ ħames snin hekk kif intemmlu l-kuntratt tiegħu ftit ġimgħat ilu.

Messi mistenni jkollu tnaqqis ta’ 50% fil-paga tiegħu. Nhar il-Ħadd li għadda, Messi wassal lill-Arġentina għar-rebħ tal-Copa America fejn għalih kien ukoll l-ewwel trofew internazzjonali.

L-attakkant Arġentin ta’ 34 sena se jkun ilu 26 sena ma’ Barcelona. Fis-sajf li għadda Messi kien viċin li jħalli lil Barcelona iżda l-klawsola ta’ €700 miljun naqqset l-interess ta’ bosta klabbs.