L-attakkant ta’ Manchester United Marcus Rashford mistenni jitlef l-ewwel xahrejn tal-istaġun il-ġdid hekk kif se jkun operat fi spalltu. Rashford mistenni jibqa’ barra mill-azzjoni sal-aħħar ta’ Ottubru.
L-attakkant ta’ 23 sena sofra din l-injury fl-aħħar nofs tal-istaġun li għadda u kienet ittieħdet id-deċiżjoni li ma jkunx operat. Jidher li l-professur li mistenni jopera lil Rashford mhux se jkun jista’ jagħmel dan qabel l-aħħar ta’ Lulju u b’hekk Rashfrod se jkun qed jitlef parti mill-istaġun il-ġdid.
Matul l-istaġun li għadda Rashford skorja 11-il gowl f’37 partita iżda naqas milli jħalli mpatt fl-Euro 2020.
//= $special ?>