Missier id-difensur internazzjonali Ingliż Harry Maguire, kien fost dawk li weġġgħu fl-inċidenti li nqalgħu qabel il-finali tal-Euro 2020 f’Wembley Stadium.
Missier Maguire sofre ksur fil-kostilji kawża tar-rassa li nħolqot minn partitarji li pruvaw jidħlu fl-istadium mingħajr biljett. Hu ddeskriva dawk x-xeni bħala tal-biża. Harry Maguire wara l-partita qal li missieru kien involut f’dawk l-inċidenti u qal li kien kuntent li t-tfal tiegħu ma attendewx għall-partita.
Maguire qal li jittama li l-partitarji jitgħallmu mill-inċidenti li seħħew u jittama li ma jerġgħux isiru fil-futur filwaqt li qed jittama wkoll li dawn l-inċidenti ma jħallux impatt fuq deċiżjonijiet biex l-Inigilterra tospita t-Tazza tad-Dinja fil-futur. Il-UEFA qalet li se tkun qed titftaħ investigazzjoni dwar l-inċidenti li seħħew.
//= $special ?>