Lokali

Titlef il-ġlieda kontra l-marda qerrieda tal-kanċer

Sfortunatament, it-Tlieta, l-Avukat Katrina Borg Cardona tilfet il-battalja tagħha kontra l-marda qerrieda tal-kanċer.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Puttinu Cares stqarrew li Katrina tilfet ħajjitha l-Ingilterra.

In -nuqqas ta’ Katrina ser jinħass miż-żewġ t’itfal tagħha, minn żewġha, l-familja tagħha kif ukoll sħabha.

Id-dettalji tal-funeral ta’ Katrina Borg Cardona ser ikunu qed jingħataw fil-ġranet li ġejjin.